Barranin
Man-nofs miljun persuna jaħarbu minn djarhom kawża ta’ nirien f’Oregon

Man-nofs miljun persuna f’Oregon, fl-Istati Uniti, kienu sfurzati jaħarbu minn djarhom minħabba nirien li qed ikunu deskritti bħala ‘bla preċedent’.

Minn tal-anqas erba’ persuni huma kkonfermati li tilfu ħajjithom, iżda n-numru totali ta’ mwiet għadu ma jistax ikun aċċertat.

L-uffiċċju għall-immaniġjar tal-emerġenzi qal li ġiet evakwata madwar 10% tal-popolazzjoni li tlaħħaq 4.2 miljun.

Bħalissa hemm iktar minn 100 nar fil-foresti u ż-żoni rurali fi tnax-il stat Amerikan tal-punent. L-iktar li ntlaqtu ħażin huma Oregon, Kalifornja, u Washington.

Aħbarijiet Oħra

Il-President Amerikan Donald Trump ħallas biss $750 f’taxxi fuq id-dħul tiegħu fl-2016. Rapport fuq in-New York Times, li kisbet aċċess għal informazzjoni li tmur lura aktar minn 20 sena, jgħid…

Fil-Venezwela kważi 200 persuna li jaħdmu bħala paramediċi fil-qasam tas-saħħa tilfu ħajjithom minn Marzu ‘l hawn kawża tal-imxija tal-Covid-19. Fil-Venezwela nstabu mil-lanqas 68,000 persuna li kellhom il-Coronavirus li minnhom tilfu…

Il-votanti fl-Iżvizzera vvutaw kontra l-proposta li jiġu fi tmiemu ftehim mal-Unjoni Ewropea dwar il-moviment ħieles tal-persuni. Skont SRF, ir-riżultat tar-referndum se jkun 63% b’37%. L-Iżvizzera mhijiex membru tal-Unjoni Ewropea, imma…

Il-forzi tal-Armenja u l-Ażerbajġan qed jiġġieldu dwar ir-reġjun Nagorno-Karabakh, u twaqqa’ tal-inqas ħelikopter wieħed tal-Ażerbajġan. L-Armenja qalet li l-Ażerbajġan beda jattakkaha mill-art u mill-ajru u wara ddikjarat l-liġi marzjali. Min-naħa…

Aktar