Infrastruttura
Managers f’siti ta’ kostruzzjoni mħassba li jistgħu jitilfu xogħlhom

Manager f’sit tal-kostruzzjoni li tkellem ma’ TVM wera tħassib li minkejja l-esperjenza twila li għandu f’siti tal-kostruzzjoni, bir-regolamenti l-ġodda tal-bini u l-iskavar jista’ jitlef ħobżu.

Aaron Chetcuti, li ilu sentejn jaħdem bħala site manager, ippropona li l-Uffiċċju għar-Regolamenti tal-Bini jissaħħaħ u jibda jħarreġ lis-site managers li m’għandhomx ċertifikazzjoni.

Chetcuti ilu 12-il sena fl-industrija tal-kostruzzjoni. Ħadem bħala bennej u assistent f’xogħol relatat mad-dawl, l-ilma u t-tqegħid tal-madum.

Fl-aħħar sentejn beda jaħdem bħala site manager ma’ żviluppatur privat, u bl-emendi proposti għar-regolamenti tal-bini u t-tħaffir li jesiġu obbligi ġodda, jibża’ li jista’ jitlef xogħlu, minkejja l-esperjenza fil-lantijiet tax-xogħol.

“Min m’għandux kwalifiki u dawn l-affarijiet, dan x’se jiġri minnhom, ħa jintilfu x-xogħlijiet, speċjalment is-site managers li jaħdmu ma’ żviluppaturi privati, għax is-site manager irid ikun maħtur mill-iżviluppatur,” qal Chetcuti.

Fl-abbozz tal-emendi li ġew ippubblikati għall-konsultazzjoni pubblika, jesiġu li kull żviluppatur irid jaħtar site manager minbarra l-perit. Jipproponu wkoll li s-site manager irid ikun il-perit stess, jew perit ieħor, jew persuna kompetenti li għandha l-fiduċja tal-perit.

“Issa jekk inti l-perit ma jafekx għax is-site manager jinħatar mill-iżviluppatur, kif ħa jkun jaf li inti kompetenti? Jgħid Checuti, li m’għandux ċertifikati x’juri għall-kompetenzi tiegħu.

Is-Sur Chetcuti qal li l-liġi li tobbliga lill-iżviluppatur jinnomina manager tas-sit daħlet fis-seħħ fl-2007, u fiha ma kienx speċifikat x’kompetenzi jrid ikollhom biex jassiguraw li l-iżvilupp isir skont ir-regolamenti u d-direzzjoni tal-Perit. Qal li ma jistax ikun li wieħed jikseb il-ħiliet jew iċ-ċertifikazzjoni tagħhom mil-lejl għan-nhar. Għaldaqstant qed jipproponi taħriġ li jkun obbligatorju.

“Il-BRO għandha lista tas-site managers kollha, il-periti ovvjament ċertifikati u m’hemmx għalfejn tibgħat għalihom, tibgħat għal dawk li m’għandhomx u ttihom kors, tibda minn kors bażiku imbagħad trid ittih l-opportunità li jibqa’ javvanza,” fisser Chetcuti.

Aaron Chetcuti qal li jekk l-emendi proposti jidħlu fis-seħħ se joħolqu aktar konfużjoni dwar min hu responsabbli.

Kuntrarju għall-iżviluppaturi u l-periti, is-site managers mhumiex organizzati f’assoċjazzjoni u s-Sur Chetcuti jistma li hawn ferm iktar minn ħames mija (500).

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, appella lill-Gvern biex jgħin bi kwalunkwe mod possibbli biex itaffi xi ftit mill-piżijiet finanzjarji meħtieġa biex jitmexxa s-santwarju tal-Arka ta’ Noe fil-Mellieħa fejn…

Politika

Il-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, George Hyzler, ikkonkluda li stqarrija li l-Ministru għall-Ġustizzja, Owen Bonnici ħareġ, permezz tad-Dipartiment tal-Informazzjoni, ma kinitx tikser il-kodiċi ta’ etika. Il-Kummissarju Hyzler investiga ilment imressaq mill-Avukat…

Immigrazzjoni

Kelliem għall-Forzi Armati ta’ Malta qalet li l-Guardia Costiera Taljana m’għandhiex permess iddaħħal f’Malta 90 immigrant li ġew salvati dal-lejl. Il-Forzi Armati jisħqu li kienu qed isegwu s-sitwazzjoni tal-immigranti li…

Edukazzjoni

Il-Kummissarju għall-Edukazzjoni fl-Uffiċċju tal-Ombudsman, Charles Caruana Carabez, qal li se jinvestiga kemm hi kbira l-problema tan-nuqqas ta’ għalliema wara li fl-aħħar jiem uffiċjali fil-Ministeru għall-Edukazzjoni ndikaw li tista’ tinħareġ sejħa…

Aktar