
Pastor Gordon Manched se jkun qiegħed jippreżenta għada quddiem il-Parlament petizzjoni ffirmata minn 10,000 persuna kontra l-liġi proposta tal-Unjoni Ċivili mill-Gvern.
Fi stqarrija huwa qal li qiegħed jippreżenta din il-petizzjoni biex jiġbed l-attenzjoni tal-Gvern preżenti li 80 fil-mija tal-poplu Malti ma jridux li l-liġi li tkkonċerna l-koppji gay tgħaddi mill-Parlament għax hija kontra x-xewqa u l-fehma tal-maġġoranza tal-poplu Malti.
Huwa stieden lill-ġurnalisti biex għada jimmarkaw fi kliemu din il-ġrajja storika f’pajjiżna.
Qal li jinsabu inkoraġġiti u onorati wkoll li l-President ta’ Malta rrifjuta li jiffirma din il-liġi.
Huw sostna li kemm-il darba din il-liġi tgħaddi mill-Parlament, huma se jkunu qegħidn iħejju għal referendum kontra l-liġi proposta.
Huwa sostna li huwa inkonċepibbli kif f’pajjiż fejn 80 fil-mija huma kontra din il-kwistjoni, min qed imexxi qed ikompli għaddej biha. “Din mhix aktar demokrazija.. iżda dittatorjat,” qal Manche.
Huwa qal li l-petizzjoni nġabret fi żmien erba’ ġimgħat u jinsabu kunfidenti li jekk din il-liġi tibqa’ għaddejja, il-kumplament tal-firem jinġabru bl-akbar faċilità
Il-Prim Imħallef Joseph Azzopardi esprima diżappunt għal mod kif numru żgħir ta’ avukati jagħmlu minn kollox biex it-tul tal-każ ma jintemm qatt anke wara s-sentenza finali tal-Qorti tal-Appell. Qal li…
Is-sinjura Michelle Muscat, mart il-Prim Ministru dalgħodu għamlet appell lin-nisa biex ma jibżgħux jagħmlu l-eżami tas-sider kontra l-kanċer u li meta jirċievu l-invit biex jagħmlu dan l-eżami, għandhom jagħmlu dan…
“Bħalma persuna m’għandhiex tibqa’ dipendenti għal għomorha fuq il-benefiċċji soċjali, l-istess għandna nibdew inħarsu li persuna ma tibqax dipendenti fuq l-akkomodazzjoni soċjali.” Din hija fehmet il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar Leonid…
Il-Kamra tal-Kummerċ u l-Uffiċċju għan-Negozji tal-Familja waqqfu kumitat bejniethom fi ħdan il-kamra tal-kummerċ li se jkun qed iservi ta’ one stop shop għan-negozji mmexxijja mill-familja. Waqt konferenza f’għeluq il-170 anniversarju…