Lokali
Mandat ta’ inibizzjoni jwaqqaf xogħlijiet ta’ tisbiħ fuq ix-xatt ta’ Marsalforn

Il-Qorti laqgħet mandat ta’ inbizzjoni ta’ sid ta’ proprjetà f’Marsalforn u waqqfet ix-xogħlijiet ta’ tisbiħ li għaddejjin fuq ix-xatt ta’ din il-lokalità f’Għawdex.

F’post fuq Facebook, il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri qal li llum stess, il-ministeru se jwieħeġ dan ir-rikors b’urġenza.

Qal li sakemm ikun hemm deċiżjoni fuq il-mandat, ix-xogħlijiet se jkollhom jieqfu f’mument kruċjali fuq l-għatba tas-sajf.

Il-Ministru qal li waqt li se jaderixxi mal-liġi, il-Ministeru se jara li dan il-proġett tant importanti jitlesta fil-ħin minkejja dan l-intopp.