Politika
Manuel Delia jistaqsi għalfejn Joseph Muscat ħassu tradut minn Keith Schembri

Quddiem il-kwartieri ġenerali tal-Pulzija, Manuel Delia f’isem il-grupp Repubblika, għamel referenza għad-diskors tal-Prim Ministru meta qal li jħossu tradut minn Keith Schembri. Qal li l-uniku stqarrija tal-Pulizija dwar Keith Schembri f’sentejn kienet biex teżonora lil Schembri, u tgħid li m’għandiex għalfejn iżżommu.

Manuel Delia staqsa lill-Prim Ministru dwar biex ġie tradut minn Keith Schembri.

Dwar l-ittra li kiteb Melvin Theuma, qal li din għandha tiġi investigata mill-Qrati u l-Pulizija. Qal li b’għemilu, il-Prim Ministru Joseph Muscat qiegħed jagħmel cover-up u li din l-impunità qiegħda twassal għal aktar periklu.

Is-Sur Delia qal li l-grupp Repubblika u occupy justice kull ma qegħdin jitolbu li Joseph Muscat ma jibqax Prim Ministru ta’ Malta.

Dwar il-messaġġ biex in-nies joqgħodu d-dar u ma joħorġux jipprotestaw, qal li dawn il-messaġġi huma mmirati li jtellfu l-kawża tas-soċjetà ċivili. Qal li l-Pulizija taw il-protezzjoni meħtieġa fil-protesti li għaddew, u hekk se jibqgħu jagħmlu.

Aħbarijiet Oħra
Kronaka

Tfajla ta’ 17-il sena qed tallega li ma sabet l-ebda għajnuna mill-Pulizija wara li nsterqilha l-mobile minn stabbiliment tad-divertiment f’San Ġiljan. Hija qalet li marret tirrapporta s-serqa fl-għassa ta’ San…

Televiżjoni u Radju

Il-programm Step by Step to Auschwitz rebaħ żewġ kategoriji fil-festival tal-films tal-Vegas Movie Awards li sar f’Las Vegas nhar it-Tnejn 13 ta’ Lulju. Fuq Facebook, il-produttur Jonathan Farrugia, spjega li l-kategoriji huma L-Aqwa…

Lokali

L-Uffiċjali tad-Dwana sabu €22,130 f’bagalja ta’ passiġġier fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta. Fi stqarrija, id-Dwana qalet li l-passiġġier kien ġej Malta minn Frankfurt, fil-Ġermanja. Wara li l-passiġġier ma ddikjarax il-flus li kellu…

COVID-19

Għall-ħames ġurnata konsekuttiva l-awtoritajiet tas-saħħa rrappurtaw li ma sabu l-ebda każ ġdid ta’ COVID-19 u ma kien hemm l-ebda persuna li fieqet biex b’hekk fadal ħames każi attivi f’Malta. L-awtoritajiet…

Aktar