Kumpaniji
Mapfre Middlesea bi qligħ qabel it-taxxa ta’ €18.5 miljun

Il-kumpanija Mapfre Middlesea ħabbret li s-sena li għaddiet għamlet qligħ qabel it-taxxa ta’ ftit aktar minn 18 miljun ewro u nofs.

Il-kumpanija qalet li minkejja li s-sena li għaddiet kellha waħda mill-agħar claims fl-istorja tas-suq tal-assigurazzjoni, xorta rnexxielha jkollha riżultati finanzjarji tajbin. Fil-fatt ir-riżultati tal-grupp Mapfre huma kważi miljun ewro aħjar mil-profitti tal-2017. Dan huwa dovut għal żieda fin-negozju u fil-profitti tal-Mapfre MSV.

Il-kumpanija ħabbret li mill-profitt ser tqassam dividend lill-azzjonisti ta’ għaxar miljun u erba’ mitt elf ewro. Ser jitqassam ukoll dividend nett speċjali minn Mapfre MSV life ta’ tmien miljun ewro minn qligħ tas-snin preċedenti.

Aħbarijiet Oħra
Elezzjoni

Ir-Renju Unit u l-Olanda huma l-ewwel pajjiżi li bdew jivvutaw fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Se jkunu kważi 427 miljun ċittadin tat-28 pajjiż tal-Unjoni Ewropea (UE) li se jivvutaw bejn illum u…

Elezzjoni

F’attività oħra fil-Fgura l-Erbgħa tard filgħaxija, il-Mexxej Laburista rrefera għad-dibattitu bejnu u bejn il-Kap tal-Oppożizzjoni u qal li matulu Adrian Delia kkonferma kemm il-Partit Nazzjonalista tilef lilu nnifsu. Fost affarijiet…

Elezzjoni

Il-Prim Ministru u l-Mexxej tal-Partit Laburista, Joseph Muscat qal li hu l-iktar prim ministru li reħa poteri minn idejh. Dr Muscat qal li l-prim ministri kollha ta’ qablu kellhom aktar…

Aktar