Barranin
Fl-Indja: Maqtula 4 irġiel suspettati li stupraw u qatlu veterinarja

Il-pulizija Indjana qatlet erbat irġiel suspettati li stupraw u qatlu veterinarja żagħżugħa f’Hyderabad.

L-irġiel kienu taħt arrest u ttieħdu fuq il-post fejn seħħ ir-reat. Huma nqatlu meta ppruvaw jisirqu l-armi tan-nar tal-uffiċjali tal-pulizija u jaħarbu. Il-fdalijiet tal-vittma, li għandha 27 sena, instabu lbieraħ f’każ li xxokkja lill-Indjani u qanqal protesti nazzjonali dwar l-apatija tal-pulizija dwar il-każ. Wara li ħarġet l-aħbar tal-qtil, omm il-vittma qalet li saret ġustizzja.

Ara wkoll:

Mara fl-Indja tingħata n-nar wara li rrappurtat irġiel li stuprawha

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Hong Kong ħabbar pjani biex jitrażżan vjaġġar bejn iċ-Ċina u Hong Kong, waqt li l-coronavirus kompla jinfirex. Fiċ-Ċina, in-numru tal-mejta kawża tal-virus issa qabeż il-100, waqt li l-infezzjonijiet ikkonfermati qabżu…

Barranin

Mara mit-Tajwan tista’ tgħoddha b’waħda, hekk kif għall-aħħar tax-xahar kellha kollox lest biex tibbukkja btala fil-belt ta’ Wuhan, iżda spiċċat mhi sejra mkien wara li l-kelb tagħha, Kimi, kililha l-passaport….

Barranin

L-artista Delphine Boël irnexxielha tikseb il-provi li r-Re Albert II tal-Belġju huwa missierha. Delphine Boël, ta’ 51 sena, għaddiet minn battalja legali twila, wara li r-Re Albert II, li għandu…

Barranin

Qalb id-Duomo ta’ Milan, l-isfilati tal-moda, u l-wirt kulturali ta’ preġju li jikkaratterizzaw lill-kapitali tar-reġjun tal-Lombardija, l-Italja, f’dawn l-aħħar jiem, l-artist pop Taljan AleXsandro Palombo nieda għadd ta’ posters li ddiżinja hu…

Aktar