Qorti
Mar ineħħilha l-wirdiena u spiċċa l-Qorti fuq vjolenza domestika

Raġel li wieġeb telefonata tal-ex mara tiegħu biex imur f’darha jneħħilha wirdiena spiċċa l-Qorti mixli b’akkużi ta’ vjolenza domestika.

Ir-raġel ta’ 31 sena ġie mixli li attakka lill-ex mara u kkawża biża’ lil binhom li jbati bl-awtiżmu. Fil-Qorti qal li kif mar id-dar sar jaf li kienet ma’ raġel ieħor minn wara dahru u li s-sieħeb tagħha kien qed jabbuża mill-alkoħol u l-kokaina. Qal li ma riedx li r-raġel ikun preżenti f’ħajjet it-tifel.

L-akkużat wieġeb m’huwiex ħati għall-akkużi u qal li kellux flus minn fejn iħallas għal-libertà provisorja għax argumenta li martu ħaditlu l-flus li kellu mill-bank.

Il-maġistrat ħelset lir-raġel b’garanzija personali ta’ €4,000 ewro u ordnatlu jżomm il-bogħod minn martu u d-dar matrimonjali tagħhom. Il-qorti wissietu wkoll li jekk jikser il-kundizzjonijiet u ma jkunx jista’ jħallas l-garanzija jispiċċa l-ħabs.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

L-Għaqda Nature Trust qalet li għamlet rapport lill-Awtorità tal-Ambjent u qed taħsibha li tirraporta wkoll lid-Direttorat tal-Ambjent tal-Kummissjoni Ewropea wara li nnutat li radam mill-bini tat-triq f”Pembroke qed jispiċċa f’sit…

Knisja Maltija

Ħadd il-Palm fis-skiet, bl-insara isegwu minn djarhom il-funzjonijiet liturġiċi f’sena ta’ ċirkostanzi straordinarji. Il-Ġimgħa Mqaddsa bdiet illum bil-festa li tfakkar id-dħul ta’ Ġesù f’Ġerusalemm u tintemm bħal-lum ġimgħa bl-Għid il-Kbir….

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li issa li l-pajjiż iddikajra emerġenza medika huwa importanti li flimkien nużaw ir-riżorsi kollha biex tintrebaħ din l-emerġenza ħalli jingħelbu l-isfidi ta’…

Lokali

Waqt li bosta minna ninsabu d-dar minħabba l-imxija tal-Coronavirus, l-annimali bħal donnu ħadu l-opportunità u qed joħorġu aktar. Grupp ta’ papri deher fejn il-baħar u dan ġibed l-attenzjoni tan-nies li…

Aktar