Lokali
Mar jiġri wara suspettati ħallelin għax ma jridx serq fil-Marsa

Bejjiegħ tal-ħaxix spiċċa vittma ta’ serqa li seħħet dalgħodu fil-Marsa meta allegatament żewġ persuni ħadulu l-kaxxa tal-flus li kellu fuq it-trakk tal-ħaxix. Bis-serqa induna immigrant Sudaniż li dlonk ħarab jiġri biex jipprova jaqbad lill-allegat ħallelin, filwaqt li krew ta’ TVM li nzerta kien fuq il-post irnexxielu jiffilmja dik li jidher li kienet serqa fid-dawl tax-xemx.

Bejn intervisti u konferenzi tal-aħbarijiet krew ta’ Television Malta kien qiegħed jipprepara għar-rappurtaġġ tal-aħbarijiet meta fid-daqqa u l-ħin ra serqa sseħħ quddiemu minn ħanut tal-ħaxix li jarma ftit passi ‘l bogħod mill-Knisja tal-Marsa.

Ibrahim immigrant mis-Sudan li jgħix fil-Marsa qal ma’ Television Malta li kif lemaħ lil raġel jisraq il-kaxxa tal-flus tal-bejjiegħ tal-ħaxix u allegatament jagħtiha lil raġel ieħor li x’aktarx kien kompliċi miegħu. L-immigrant Sudaniż sostna li ma felaħx joqgħod kwiet u dlonk reħilha jiġri warajhom.

“I’m there sitting down I saw person took things I hear cuk cuk cuk I know is money. So I use used to buy something from him and he took money I ran after him he gave money to friend. I know him I know where he lives I’m not afraid you can’t steal among us in the middle of us. We have to improve that I’m not a thief I don’t thief that’s why I follow I’m here to protect my life this where I sit and get my peace I follow to help them.”

Ibrahim qal li ma setax iniżżila li jisirqu minghand JOE li ddeskrivih bħala n-nannu tiegħu. Qal li hu jrid li jtejjeb iż-żona ta’ fejn jgħix u mhux jikkaġuna aktar ħsara. F’ħakka t’għajn Il-Pulizija tad-distrett flimkien mal-Pulizija tal-iSpecial Intervention Unit kienu fuq il-post u dlonk identifikaw binja fejn hu maħsub li jgħixu ż-żewġ suspettati li wettqu s-serqa.

Minkejja li t-t-tfittxijiet tal-Pulizija rriżultaw fin-negattiv l-uffiċjali komplew bl-investigazzjonijiet tagħhom fiż-żona hekk kif mill-istqarrijiet li ttieħdu jirriżulta li ż-żewġ ħallelin ħarbu minn fuq il-post bil-pass.

Aħbarijiet Oħra

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia nieda l-kampanja tiegħu għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit. Bit-tema tkun Għaqda b’Lealtà, Dr Adrian Delia qal li ma jistax ikun hemm għaqda veru bla lealtà. Dwar…

Wara li s-sena l-oħra, Duncan Laurence rebaħ il-Eurovision l-Olanda kienet ħerqana sabiex tospita u torganizza l-Eurovision 2020. Madankollu, minħabba l-COVID-19 il-pjanijiet ma marrux kif wieħed xtaq u stenna. Il-pandemija waslet…

Il-Prim Ministru Robert Abela ltaqa’ mal-plejer Maltija ta’ US Sassuolo, Haley Bugeja, fil-Berġa ta’ Kastilja. Il-Prim Ministru tenna li Bugeja qed tagħmel mhux biss isem għaliha, iżda anke isem għal…

Wara s-suċċess tal-linja l-ġdida fil-kumpless ta’ Sant’Antnin, fejn qed jiġi magħżul l-iskart riċiklabbli u l-esportazzjoni ta’ 6,550 tunellata ta’ ħġieġ, il-gvern, permezz tal-WasteServ, qed ikompli b’determinazzjoni jtejjeb ir-rata tar-riċiklaġġ. Bħalissa…

Aktar