Qorti
Mara akkużata bl-attentat ta’ qtil tal-eks raġel tgħid li stupraha

Mara li qed tiġi akkużata bl-attentat ta’ qtil tal-eks raġel tagħha x-xahar li għadda, allegatament ġiet stuprata minnu meta fi tmiem il-ġimgħa kisser il-bieb u daħal f’darha. Dan ħareġ illum waqt il-kumpilazzjoni fil-każ tal-attentat ta’ qtil.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo, semgħet kif meta seħħ l-allegat stupru, il-mara kienet ingħatat il-ħelsien mill-arrest, waqt li kienet qed tiffaċċja akkużi li tat daqqa ta’ sikkina lill-eks raġel.

Il-mara kienet marbuta bil-kundizzjoni li ma tersaqx lejn l-eks raġel tagħha, iżda bħala l-vittma huwa ma kienx marbut bl-istess ordni.

Il-ġimgħa l-oħra r-raġel mar id-dar tal-eks martu, fejn allegatament stupraha, liema inċident intqal li nqabad fuq filmat bil-mobile. Intqal li r-raġel kien diġà hedded lill-mara drabi oħra.

Huwa rritotna f’darha għat-tieni darba, iżda hawn twaqqaf mill-Pulizija li marru fuq il-post meta l-mara rrapportat l-istupru.

Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, il-każ ġie aġġornat għal Novembru.

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Il-kumpanija Valletta Cruise Port li tmexxi t-terminal tal-passiġġieri tal-cruise-liners u faċilitajiet oħra fil-Port il-Kbir qed tieħu miżuri favur l-ambjent biex tikseb ċertifikazzjoni ta’ port ekoloġiku. Intervistat minn TVM, il-Kap Eżekuttiv…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għar-rispett lejn id-dinjità tal-mara waqt quddiesa li fiha talab biex terġa’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Adelaide Cini, li qal l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet ir-rikors tal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex ma jixhdux f’kawża kostituzzjonali iżda fi żmien jumejn iridu jippreżentaw s-silta minn fejn ikkwotaw ir-rapport tal-inkjesta Egrant…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Aktar