Qorti
Mara akkużata b’serq minn residenza f’Għawdex

Mara ta’ 35 sena mill-Qala, Għawdex, wieġbet mhux ħatja li kienet kompliċi f’serq ta’ flus minn residenza fix-Xagħra, Għawdex, u li laqgħet għandha ħwejjeġ misruqa, u li ppruvat tbiegħ dawn l-oġġetti.

Ġiet akkużata wkoll li wettqet reat waqt il-perjodu operattiv ta’ sentenza sospiża u li saret riċediva.

Fil-Qorti t’Għawdex preseduta mill-Maġistrat Monica Vella, il-mara wieġbet mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontriha, u ngħatat il-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €4,000.

Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Bernard Charles Spiteri.