Droga
Mara arrestata fil-pussess tad-droga fil-Belt Valletta

Mara ta’ 30 sena mill-Imsida, ġiet arrestata viċin il-Pixkerija, fil-Belt Valletta wara li nstabet bi 72 pakkett b’sustanza suspettata li hija kokaina u eroina.

Assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit, il-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, għall-ħabta tal-għaxra u nofs ta’ dalgħodu arrestat lill-mara li ttieħdet fil-lock-up tal-Pulizija fil-Floriana għal aktar stħarriġ.

Bis-sejba kien infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farruġia li qiegħed imexxi l-inkjesta.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

Il-mara mistennija titressaq il-Qorti għada b’akkużi ta’ pussess tad-droga eroina u kokaina, bl-intenzzjoni li titraffika d-droga.