Kronaka
Mara bi ġrieħi gravi wara ħabta b’mutur f’San Ġiljan

Mara ta’ 22 sena min-Naxxar weġġgħet gravi f’inċident tat-traffiku, li seħħ għall-ħabta tal-11.00 ta’ billejl fi Triq Elija Zammit, f’San Ġiljan.

Il-mara kienet passiġiera fuq mutur misjuq minn raġel ta’ 36 sena mill-Floriana, li għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-mutur u daħal ġo karozza li kienet ipparkjata.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei, fejn ġiet iċċerifikata li ġarrbet ġrieħi gravi. Is-sewwieq ġarrab ġrieħi ħfief.

Il-pulizija qed tinvestiga.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Il-Karnival iferraħ lil ħafna nies, minn tfal sa kbar, b’nies bħal Ġeorge Żahra li ilu nvolut fil-Karnival għal nofs seklu. Iħossu qisu tifel meta jasal Frar u jibda r-Renju tal-bluha….

Riċerka

L-użu tal-Malti u l-Ingliż ser jiġi analizzat permezz ta’ serje ta’ seminars organizzati mill-Kunsill Nazzjonali tal-Malti taħt il-patriċinju tal-President George Vella. Thomas Pace, id-direttur tal-Kunsill Nazzjonali tal-Malti qal li l-istudju…

Stejjer Umani

F’Dar Frate Jacoba f’Marsaskala, sibna żewġt itfal qed jiġu mgħallma s-sengħa tar-raħħala, b’nagħġa għadha twelled u qed tisqi lill-frieħ tagħha. Fr Ray Scicluna li ilu jmexxi d-dar qalilna li t-tmint…

Agrikultura

Ras għal ras il-Maltin huma t-tieni l-aktar li jiġġeneraw skart fid-djar tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Skont ċifri tal-Eurostat, kull Malti jiġġenera medja ta’ 647kg skart fis-sena. Jaqbżuna biss id-Daniżi li jiġġeneraw…

Aktar