Kronaka
AĠĠORNAT: Raġel arrestat b’rabta mal-aggressjoni fuq koppja fix-Xagħra

Mara ta’ 55 sena sofriet ġrieħi gravi wara li hi u r-raġel tagħha ta’ 58 sena, ġew aggrediti fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu.

TVM huwa infurmat li għall-ħabta tal-4.00am l-koppja Ingliża kienu sejrin lejn l-appartament tagħhom fix-Xagħra, meta ġew aggrediti b’ġebla.

Jidher li l-koppja ppruvat tissielet mal-agressuri, iżda wieħed minnhom qabad lil mara u saħansitra beda jsabbat rasha ma’ karozza. L-aggressuri imbagħad ħarbu minn fuq il-post b’xi deheb li serqu minn fuq il-mara.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex, fejn ġiet iċċertifikata li tinsab f’qagħda gravi. Ir-raġel sofra ġrieħi ħfief.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin, waqt li nfetħet inkjesta maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Paul Coppini.

Fi żvilupp iktar tard mal-jum, il-Pulizija qalet li kienet qed iżżomm raġel barrani ta’ 29 sena li kien qed jgħinha fl-investigazzjonijiet.

Aħbarijiet Oħra
Budget

B’reazzjoni għad-diskors tal-Prim Ministru fil-Parlament, il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia qal li Joseph Muscat ma’ wieġeb xejn fuq is-sitwazzjoni tal-għalliema, tal-middle class, tal-popolazzjoni tiżdied, fuq il-problemi tal-banek u fis-settur tal-gaming. Fuq…

Ambjent

Il-Ministru għall-Ambjent, Jose Herrera, waqt li rtira l-emenda oriġinali tal-Gvern għall-mozzjoni tal-Oppożizzjoni, ressaq emenda ġdida li permezz tagħha l-Parlament Malti iddikjara emerġenza fil-klima, bil-Kumitat Parlamentari tal-Ambjent u Ippjanar tal-Iżvilpp jinbidel…

Budget

Il-Prim Ministru Joseph Muscat ħabbar li l-Gvern xtara Villa G’Mangia fejn kienet tgħix ir-Reġina biex fiha isir proġett turistiku. Waqt li wieġeb għall-kritika tal-Kap tal-Oppożizzjoni għall-baġit, Dr Muscat żvela li…

Immigrazzjoni

Il-President Emeritu, Marie Louise Coleiro Preca, qalet li s-soċjetà Maltija għandha tagħmel dak kollu possibbli biex toħnoq id-diskors ta’ mibegħda. Hija kienet qed titkellem fid-dawl ta’ rapport minn The Times…

Aktar