Kronaka
Mara bi ġrieħi gravi wara li nqelbet bil-karozza f’Ħaż-Żebbuġ

Mara ta’ 27 sena sofriet ġrieħi gravi wara li nqelbet bil-karozza f’Ħaż-Żebbuġ.

L-inċident seħħ għall-ħabta 01:10 fi Triq l-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, fejn vettura tat-tip Maruti 800 nqelbet fuq il-ġenb u fiha kien hemm mara maqbuda.

Il-mara, residenti Ħal Luqa, għal xi raġuni tilfet il-kontroll tal-vettura u nqelbet.

Fuq il-post kellhom jissejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li assistew sabiex il-mara
setgħet tinħareġ mill-vettura.

Il-vittma ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura permezz ta’ ambulanza u iktar tard hija ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Riċerkatur Malti sab l-ismijiet ta’ kważi elf wied f’Malta, Għawdex u Kemmuna. Jispjega li fost affarijiet oħra, l-ismijiet tal-widien f’Malta huma klassifikati fi tlieta; dawk ġejjin minn ismijiet tan-nies, ta’…

Stejjer Umani

Velimir Dulo mis-Serbja, ilu Malta aktar minn sentejn jaħdem bħala technician. Fis-Sajf li għadda ingħaqdu miegħu martu u ż-żewġ uliedu, fosthom Nevena Dulo ta’ 11-il sena li anke bdiet tattendi…

Protezzjoni Ċivili

Id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili ffirma ftehim ta’ koperazzjoni mas-Singapore Civil Defence Force. B’dan il-ftehim l-forzi tal-protezzjoni ċivili ta’ Singapore se jipprovdu espert tagħhom b’xejn lid-dipartiment tal-protezzjoni ċivili, fosthom għat-tfassil ta’ pjan…

Lokali

Il-kuntistabbli Ryan Paul Tonna, li miet ħabta u sabta meta faga fl-ikel wara maratona fl-Italja, qal li beda l-atletika minħabba f’ibnu biex ikun ta’ eżempju tajjeb għalih. F’messaġġ fuq il-paġna…

Aktar