Kurżitajiet
AĠĠORNAT: Joffrulha kuntratt uniku

Mara bla saqaf fuq rasha skantat lil kull min kien qiegħed fis-subway ta’ Los Angeles hekk kif qabdet tkanta biċċa opra b’intonazzjoni perfetta.

Ħadd qatt ma ta każ lill-mara qabel bdiet tkanta b’vuċi li bosta ddeskrivew bħala ”anġelika”. Il-mara hija Emily Zamourka, għandha 52 sena u spiċċat bla saqaf fuq rasha wara li saħħitha ma ppermettietx li tkompli taħdem.

Iżda l-ħajja donnha ser tibda tidħkilha lil Zamourka hekk kif producer tal-mużika, Joel Diamond offrielha kuntratt mużikali. Huwa qal li għandu f’moħħu li l-ewwel album tagħha jissemma ”Paradise” u joħroġ taħt ir-record label Silver Blue Records.

Dan kollu seħħ wara li pulizija ddeċieda jiġbed filmat tal-mara tkanta. Il-filmat dar l-erbat irjiħat tad-dinja bl-istorja tal-mara tant qanqlet qlub li qed jinġabru l-fondi biex jgħinuha terġa’ tqum fuq saqajha. S’issa nġabru $70,000.

Zamourka emigrat mir-Russja lejn Amerka fejn xogħolha kien fl-industrija tal-mużika. Hija kienet taqla’ l-għixien tagħha mill-mużika fejn kienet iddoqq il-vjolin fit-toroq iżda dan insterqilha u spiċċat lampa stampa.

Għad mhux magħruf jekk Zamourka aċċettatx l-offerta jew le.

 

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Solidarjetà

F’dawn l-aħħar jiem tnediet it-tielet edizzjoni tal-Qaritona Nazzjonali fl-iskejjel primarji madwar il-gżejjer Maltin. Liema inizjattiva, qed tiġi organizzata mill-Malta Trust Foundation u l-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu, u qed ssir bil-għan li…

Mużika

Mill-Eurovision Song Contest li għadda ‘l hawn, Michela Pace ħadmet qatigħ, bil-għan li tkompli timraħ fix-xena mużikali. U, proprju f’Jum San Valentinu, frott l-għadd ta’ sagrifiċċji li Michela għamlet, il-kantanta…

Aktar