Kronaka
Mara feruta gravi f’argument f’San Pawl il-Baħar

Mara ta’ 45 sena sfat feruta gravi f’argument f’San Pawl il-Baħar. Il-Pulizija kienet infurmata bil-każ fi Triq il-Majjiera għall-ħabta tal-12.15 ta’ dal-lejl. kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei,

Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn sabu l-mara, li hija mill-Ungerija u tgħix San Pawl il-Baħar, li kellha xi ġrieħi viżibli. Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 43 sena mill-Islovakkja u l-mara kellhom argument ma’ raġel ta’ 26 sena mill-Maċedonja. Huma kollha jgħixu f’San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel ta’ 26 sena tefa’ oġġett iebes lejn iż-żewġ persuni l-oħra u laqat lill-mara. HuwaIr-raġel ttieħed il-lock-up tal-Pulizija fil-Floriana għall-aktar stħarriġ.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.