Lokali
Mara feruta gravi wara li ttajret f’San Ġwann

Mara ta’ 68 sena sofriet ġrieħi gravi wara li ttajret f’San Ġwann. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2.15 fi Triq Birkirkara.

Il-Pulizija marru fuq il-post u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 68 sena, residenti San Ġwann, għal xi raġuni sfat milquta minn vettura tat-tip Toyota Corolla li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 54 sena li joqgħod San Ġwann.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei, fejn iktar tard ġiet iċċertifikata li qegħda ssofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-faċċata tal-binja fil-qalba tal-Belt u li kienet isservi bħala l-qorti tal-Kavallieri ta’ San Ġwann, magħrufa bħala Palazzo Castellania, ġiet restawrata biex reġgħhet libset id-dehra oriġinali tagħha. Illum il-ġurnata din il-binja…

Lokali

Inawgurati l-uffiċini l-ġodda tal-kumpanija Gaming Innovation Group li minn żewġ impjegati fl-2012, illum qed tħaddem 650 impjegat u qed tfittex mad-90 ħaddiem ieħor. Il-Kap Eżekuttiv, Robin Reed, qal li s-sena…

Lokali

Diversi prodotti agrikoli Maltin se jikkwalifikaw biex ikollhom tikketta ta’ kwalità ogħla minn dak rikjest mill-Unjoni Ewropea fi skema msejħa “Prodott ta’ Kwalità”. Fuq dawn il-prodotti ser ikun hemm tikketta…

Lokali

Id-direttur Informazzjonali tal-Partit Nazzjonalista Dr David Bonello kkonferma li rreżenja mill-kariga li kien ilu jokkupa għal dawn l-aħħar xahrejn. Dr Bonello qal li huwa rriżenja għal raġunijiet personali. Ara wkoll:…

Aktar