Kronaka
Mara fil-periklu tal-mewt u raġel midrub f’inċident tat-traffiku fiż-Żejtun

Mara’ ta’ 45 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet rikba f’karozza li ħabtet ġo residenza fi Triq Bormla, ż-Żejtun.

Fi stqarrija dalgħodu l-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tan-nofsiegha ta’ filgħodu u mill-ewwel stħarriġ irriżulta li raġel ta’ 50 sena li jgħix Ħal Tarxien,tilef il-kontroll tal-vettura u ħabat ġo residenza. Fil-vettura kien hemm ukoll mara ta’ 45 sena residenti Ħal Tarxien.

Ir-raġelu l-mara ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza fejn hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi filwaqt li l-mara ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġie infurmat il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud li ħatar inkjesta filwaqt li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.