Kronaka
Mara fil-periklu tal-mewt u tifla feruta gravi f’ħabta fiż-Żejtun

Mara ta’ 37 sena tinsab fil-periklu tal-mewt, waqt li tifla ta’ 3 snin ġarrbet ġrieħi gravi, wara li kienu involuti f’ħabta fiż-Żejtun ilbieraħ.

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-8.00pm fi Triq il-President Anton Buttigieg, bejn vann tal-għamla Toyota Hilux u karozza tal-għamla Toyota Aygo.

Il-Hilux kien misjuq minn raġel ta’ 22 sena minn Marsaskala, filwaqt li l-Aygo kienet misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mill-Polonja.

Passiġġiera fl-Aygo kien hemm ukoll mara u żewġt ibniet, waħda ta’ 10 snin u oħra ta’ 3 snin, kollha mill-Polonja.

Il-mara u t-tifla żgħira ttieħdu l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn il-mara ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji, waqt li t-tifla weġġgħet gravi.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Rachel Montebello.

Aħbarijiet Oħra
COVID-19

18-il persuna lbieraħ ingħataw multa ta’ €100 kull wieħed waqt ir-rondi li l-Pulizija għamlet fl-aħħar 24 siegħa biex tiżgura li ma jkunx hemm ġemgħat ta’ aktar minn 3 persuni f’postijiet pubbliċi…

COVID-19

Fi żmien li l-pajjiż għaddej mill-problema tal-imxija tal-COVID-19, l-Amministratur Appostoliku għal Għawdex, Mons. Mario Grech appella lis-saċerdoti f’Għawdex u lill-Għaqdiet Reliġjużi biex jagħtu l-offerta tagħhom sabiex jinxtara ventilator, ħalli dan jingħata lill-Awtoritajiet…

Aktar