Kronaka
Mara fil-periklu tal-mewt wara inċident f’Ħaż-Żebbuġ

Mara ta’ 32 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’inċident bejn karozza u mutur fi Triq l-Imdina, f’Ħaż-Żebbuġ.

Dan ġara għall-ħabta tal-12:00 fejn il-mara u raġel ta’ 40 sena kellhom jittieħdu b’emerġenza l-Isptar Mater Dei.

L-inċident seħħ bejn vettura tat-tip Toyota Porte misjuqa minn raġel ta’ 49 sena residenti Ħaż-
Żabbar u mutur tat-tip Harley Davidson misjuq mir-raġel ta’ 40 sena residenti r-Rabat. Is-sewwieq tal-mutur, kellu passiġġiera, il-mara ta’ 32 sena mill-Imtarfa.

Kemm ix-xufier kif ukoll il-passiġġiera tal-mutur ittieħdu l-isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza sabiex jingħataw il-kura meħtieġa.

Aktar tard, il-Pulizija ġiet infurmata li l-mara ġiet iċċertifkata li tinsab fil-periklu tal-mewt filwaqt li r-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi ħfief.

Bil-każ ġie infurmat il-Magistrat tal-Għassa li ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti biex jassistuh.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista tilef vot ta’ fidċuja fil-grupp parlamentari wara laqgħa li damet għaddejja ħames siegħat. Madanakollu, f’konferenza tal-aħbarijiet eżatt wara għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, Dr Delia qal li mhux…

Edukazzjoni

L-Università ta’ Malta ħabbret li ċ-ċerimonji ta’ gradwazzjoni li kienu se jsiru f’Novembru u Diċembru li ġej jiġu posposti għas-sena d-dieħla minħabba l-inċertezza relatata mal-COVID-19. Ir-Rettur tal-Università, il-Professur Alfred Vella…

COVID-19

F’għeluq ir-raba’ xahar minn meta feġġ l-ewwel każ tal-coronavirus f’Malta, ir-rata ta’ trasmissjoni tal-virus minn persuna għall-oħra, l-hekk imsejjaħ R Factor, nizel għal 0.33, li jfisser li tliet persuni jistgħu…

Politika

L-Avukat Ġenerali rrefera għall-parir li huwa ta lill-Pulizija fis-16 ta’ Mejju 2016, u sostna li dan imkien ma rrakkomanda t-twaqqif ta’ xi investigazzjonijiet jew tal-ġbir ta’ provi kontra xi professjonisti,…

Aktar