Kronaka
Mara fil-periklu tal-mewt wara inċident fl-Imsida

Mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara inċident li seħħ fi Triq Dun Karm, lfl-Imsida.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-13:00t bejn vettura tat-tip Toyota Corolla misjuqa minn mara ta’ 47 sena residenti Marsaskala u vettura tat-tip Alfa Romeo Mito misjuqa minn tfajla ta’ 18-il sena min-Naxxar. Tifla ta’ madwar 5 snin, kienet passiġġiera fil-vettura Toyota.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna b’ambulanza ħadet lill-mara ta’ 47 sena l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi serji. Il-persuni l-oħra involuti fl-inċident ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr N Lia li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Ġew inawgurati żewġ bowsers state of the art li jitrattaw id-drenaġġ. Dan bħala parti minn proġett maġġuri tal-Korporazzjoni tas-Servizzi tal-Ilma, iffinanzjat minn fondi Ewropej. Dawn il-bowsers huma l-aħħar żieda mal-flotta…

Politika

Il-Kap tad-Dipartiment għall-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Glenn Micallef, spjega li l-Kummissjoni Ewropea għamlet il-proposta tagħha dwar id-daqs tal-budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Din il-proposta kienet…

Kultura

L-istazzjon nazzjonali se jkun qed ixandar l-iskeda sħiħa tal-Karnival ta’ din is-sena. Dawn huma l-ħinijiet tax-xandiret tal-Karnival: Is-Sibt 22 ta’ Frar  – Il-Karnival tat-Tfal mid-09:25 sa 12:00 fuq TVM2 Is-Sibt…

Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Aktar