Kronaka
Mara fil-periklu tal-mewt wara inċident tat-traffiku f’Għawdex

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija.

Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta li għal xi raġuni, mara ta’ 59 sena residenti x-Xewkija stess tilfet il-kontroll tal-vettura li kienet qiegħda ssuq, tat-tip Nissan Almera, u baqgħat dieħla ġo ħajt.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar Ġenerali t’Għawdex sabiex tingħata l-kura meħtieġa fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi serji.

Aktar tard, il-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ħelikopter.

Bil-każ ġie nfurmat il-Maġistrat tal-Għassa Dr Paul Coppini li ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Mill-1 ta Lulju li ġej ser jidħol fis-seħħ il-ftehim bejn Malta u l-Libja li ġie ffirmat mill-Prim Ministru Robert Abela waqt żjara ta’ ftit sigħat li għamel fi Tripli l-ġimgħa…

Lokali

Ħaddiema Torok li ġew Malta biex jaħdmu fuq proġetti kbar tal-privat qed jilmentaw li ilhom xhur ma jitħallsu l-paga mill-kumpanija Torka TACA li fost proġetti li qed taħdem fuqhom hemm…

Lokali

L-attur Mario Micallef li waqt Covid 19 wassal messaġġ b’saħħtu biex l-anzjani jibqgħu d-dar, qalilna li jħossu qisu twieled mill-ġdid, il-fatt li wara tlett xhur reġa’ qed jara l-arja ta’…

Lokali

L-Assoċjazzjoni taċ-Childcare Centres qalet li kollox jinsab lest biex minn għada jerġgħu jiftħu l-bibien tagħhom. Fost il-miżuri ta’ protezzjoni, l-impjegati f’dawn iċ-ċentri se jilbsu maskri jew visors il-ħin kollu, waqt…

Aktar