Kronaka
Mara fil-periklu tal-mewt wara li allegatament qalgħet daqqiet ta’ martell – arrestat raġel

Mara ta’ 61 sena mill-Mellieħa qiegħda ssofri minn ġrieħi serji u kienet fil-periklu tal-mewt wara li allegatament qalgħet daqqiet ta’ martell. B’rabta ma’ dan il-każ, il-Pulizija qiegħda tinvestiga l-każ bħala attentat ta’ qtil. Nifmhu li l-pulizija qed żżomm taħt arrest lil żewġha li għandu 61 sena.

Il-Pulizija ġew infurmati bil-każ għall-ħabta ta’ nofsinhar meta ntalbet l-assistenza f’residenza fi Triq Qasam Barrani, fil-Mellieħa. Fi stqarrija l-pulizija qalet li meta fuq il-post marru l-Pulizija tad-Distrett u ambulanza b’tim mediku sabu lil mara mimlija demm u bi ġrieħi f’rasha u f’wiċċha.

Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei fejn ġiet ċċertifikata li qiegħda ssofri minn ġrieħi ta’ natura serja kawża ta’ daqqiet ta’ martel.

Il-Pulizija arrestat lir-raġel fuq il-post u ttieħed l-Għassa tal-Qawra għal aktar investigazzjonijiet.

Il-martell li allegatament intuża instab mill-Pulizija u ġie elevat bħala parti mill-investigazzjonijiet.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Charmaine Galea li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta.

Aħbarijiet Oħra
Kisbiet

Fost iċ-ċapċip ta’ dawk preżenti, l-atleti Maltin tal-Ispecial Olympics ingħataw Midalja għall-Qadi tar-Repubblika, fiċ-ċerimonja li saret fil-Festa tar-Repubblika l-Ġimgħa fil-Palazz tal-President. It-28 atleta, li lkoll għandhom sfidi differenti, rebħu 40…

Politika

L-eks Ministru u eks Kummissarju Ewropew Karmenu Vella llum kien onorat bil-grad ta’ kumpann fl-Ordni Nazzjonali tal-Mertu. Dan kien l-ogħla unur mogħti waqt iċ-ċerimonja tal-Investitura fil-Palazz tal-President f’Jum ir-Repubblika. Il-Perit…

Kisbiet

Farman Ullah, carer mill-Pakistan, rebaħ il-Premju Ħaddiem tas-Sena 2019 fir-Residenza San Vincenz de Paul. Fi stqarrija intqal kif Ullah, li ilu jaħdem fir-residenza għal dawn l-aħħar erba’ snin, huwa carer…

Avjazzjoni

Il-Ħamis li għadda, l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta laqa’ s-seba’ miljun passiġġier għal din is-sena. B’hekk, l-MIA leħaq l-ogħla numru ta’ passiġġieri fl-istorja tiegħu. Fi stqarrija l-MIA spjega li t-traffiku mill-MIA…

Aktar