Kronaka
Mara fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn vettura

Mara mill-Polonja ta’ 47 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn vettura.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-12pm fi Triq l-Imġarr, ix-Xewkija.

Il-mara, għal xi raġuni, intlaqtet minn vettura tat-tip Opel Astra li kienet qed tinstaq minn raġel mir-Renju Unit ta’ 77 sena residenti l-Għasri, Għawdex. Il-vittma ngħatat l-ewwel għajnuna minn tim mediku u ttieħdet b’ambulanza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex. Hemmhekk, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Magistrat tal-Għassa Simone Grech li ordnat li ssir inkjesta u ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.