Kronaka
Mara fil-periklu tal-mewt wara li spiċċat mgħaffġa bejn trakk u ħajt

Mara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li spiċċat mgħaffġa bejn trakk u ħajt. L-inċident seħħ għall-ħabta tan-12:30pm fi Pjazza San Pawl f’Marsalforn, Għawdex.

TVM huwa infurmat li l-mara Ċiniża ta’ 61 sena residenti Marsalforn kienet miexja fuq il-bankina meta għal xi raġuni trakk li kien ipparkjat iċċaqlaq u rass lil mara ma’ ħajt ta’ mal-bankina.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara l-Isptar t’Għawdex fejn ġiet iċċertifikata li tinsab fil-periklu tal-mewt.

Bħalissa fuq il-post għaddejja inkjesta, bis-sehem ta’ diversi esperti maħtura mill-maġistrat inkwirenti.

Il-Pulizija qed jinvestigaw l-inċident.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia deher dieħel id-Dar Ċentrali għal-laqgħa kruċjali tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Huwa kien milqugħ minn xi partitarji Nazzjonalisti. Mistoqsi minn TVM, Adrian Delia qal li mhux se…

Lokali

Il-Fakultà tal-Inġinerija fl-Università ta’ Malta qed torganizza wirja bil-proġetti innovattivi li saru mill-istudenti fil-kors tal-Inġinerija. Ta’ kull sena din isservi ta’ pjattaforma biex l-inġiniera ta’ għada juru dak li jkunu…

Partit Nazzjonalista

Il-laqgħa tal-Grupp Parlamentari t-tieni waħda fi ftit jiem, qed tiżvolġi wara laqgħa mqanqla tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li ntemmet tard ilbieraħ billejl. Pierre Portelli stqarr li dak li ġara fil-laqgħa…

Aktar