Kronaka
Mara fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura u ħabtet f’siġra

Mara ta’ 65 sena residenti Għajnsielem, Għawdex, tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fin-Naxxar.

Il-pulizija qalet li kienet infurmata bl-inċident li kien seħħ fi Triq l-Imdawra, in-Naxxar għall-ħabta tas-7.30 a.m.

Il-Pulizija tad-Distrett tan-Naxxar marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari li saru rriżulta li mara ta’ 65 sena tilfet il-kontroll tal-vettura Toyota Passo u ħabtet f’siġra.

Fuq il-post issejħu l-membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassistu lil mara u ssejħet ukoll ambulanza li ħadet lil mara l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.

Iktar tard, hi ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi serji.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr Gabriella Vella LL.D li fetħet inkjesta rigward il-każ fejn ġew maħtura numru ta’ esperti sabiex jassistuha filwaqt li linvestigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra

Il-Qorti Kriminali ordnat l-iffriżar tal-assi kollha tal-eks chief of staff fl-Uffiċċju tal-Prim Ministru, Keith Schembri, ta’ martu, tal-Managing Partner ta’ Nexia BT Brian Tonna, ta’ Karl Cini u ta’ għadd…

Wara li l-ġimgħa li għaddiet bdew jiċċirkolaw ritratti fuq il-midja soċjali ta’ żewġ persuni fuq is-saqaf ta’ karozza tal-linja fil-Ħamrun, issa qed jiċċirkola wkoll filmat ta’ żewġ ġuvintur fuq saqaf…

L-ispazju hu biċċa uġigħ ta’ ras ukoll fil-mużewijiet. Fil-Mużew Nazzjonali tal-Arti, MUŻA, fil-Belt hemm kollezzjoni ta’ riżerva fejn jinżammu bosta oġġetti preġjati li iżda mhemmx spazju fejn jiġu esebiti –…

Imnedija t-30 edizzjoni tal-Malta Journalism Awards, bi 18-il kategorija maħsuba biex jippremjaw l-isforzi tal-ġurnalisti fil-ħidma tagħhom u fl-istess waqt ikompli jgħolli l-livell tal-ġurnaliżmu lokali.  Il-Kummissjoni Malta Journalism Awards fi ħdan…

Aktar