Lokali
Mara bi ġrieħi serji wara li ttajret minn mutur

Mara ġarrbet ġrieħi serji wara li ntlaqtet minn mutur misjuq minn raġel ta’ 52 sena mill-Imġarr.

Minn tagħrif miksub minn TVM jirriżulta li l-mara ta’ 74 sena min-Naxxar kienet qed taqsam meta seħħ l-inċident.  L-inċident seħħ fi Triq il-Fortizza tal-Mosta bejn in-Naxxar u l-Mosta għall-ħabta tan-12.30pm.

Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post tal-inċident, filwaqt li nfetħet inkjesta mill-Maġistrat Donatella Frendo Dimech li ħatret diversi esperti biex jassistuha.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Aħbarijiet Oħra
Turiżmu

F’Mejju ta’ din is-sena, ġew Malta aktar minn 262,000 turist, żieda ta’ aktar minn 41,000 turist minn Mejju tas-sena l-oħra. Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tat-Turiżmu juru li aktar minn 222,000 turist…

Immigrazzjoni

Il-Gvern Taljan dal-lejl aċċetta li jdaħħal l-450 immigrant fil-port ta’ Pozzallo, wara li kienu ilhom jumejn jistennew bejn sema u ilma. Din id-deċiżjoni ttieħdet wara li diversi pajjiżi tal-Unjoni Ewropea…

Ġurnali

Din hija ħarsa ħafifa lejn l-istejjer fuq il-faċċata tal-erba’ ġurnali tal-lum – it-Tnejn 16 ta’ Lulju: Il-ġurnali kollha fuq il-faċċata llum jirrappurtaw li għat-tieni darba fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol, Franza…

Aktar