Barranin
F’Arizona: Mara twelled tarbija wara 10 snin f’koma

F’Arizona, fl-Istati Uniti, il-Pulizija fetħet investigazzjoni wara li pazjenta li ilha f’koma għaxar snin ħarget tqila u weldet tarbija fid-29 ta’ Diċembru.

Qed jiġi suspettat li l-pazjenta sfat attakkata sesswalment fil-klinika fejn hija rikoverata.

L-awtoritajiet li jmexxu l-klinika mhumiex jagħtu dettalji dwar il-każ iżda stqarrew li dan huwa episodju inkwetanti.

It-tarbija jingħad li tinsab f’saħħitha waqt li qed jiġu rappurtati li l-infermiera fil-klinika lanqas biss intebħu li l-pazjenta kienet tqila.

Minkejja li għaddejja investigazzjoni dwar il-każ għadu mhux magħruf jekk hemmx inkjesta.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fiċ-Ċina, żewġ persuni laqqtu l-marda antika tal-pesta u qed jieħdu l-kura fi sptar f’Beijing. Din hija t-tieni darba li l-marda faqqset fir-reġjun tal-Mongolja hekk kif f’Mejju li għadda, koppja mietet…

Barranin

Iż-Żu ta’ Praga lbieraħ laqa’ l-aħħar akkwist, pingwin li faqqas xahar qabel iż-żmien. Il-pingwin ġej minn familja ta’ speċi li tinsab f’periklu li tintilef, b’oriġini mill-Amerka t’Isfel. Il-ħaddiema ma jkunux…

Barranin

Ġeru ta’ 10 ġimgħat li għandu denb żejjed ġie salvat miċ-ċentru ta’ salvataġġ tal-annimali wara li ġie abbandunat f’Missouri. Mac’Mission huwa ċentru apposta għal annimali bi bżonnijiet speċjali. Huma semmgħu…

Barranin

Waqt li beda s-smigħ pubbliku ta’ investigazzjoni dwar il-President tal-Istati Uniti Donald Trump, uffiċjal diplomatiku għoli tal-Istati Uniti qal li kien Trump innifsu li talab investigazzjoni Ukrena fuq l-avversarju Demokrartiku,…

Aktar