Kronaka
Mara fil-periklu tal-mewt wara li ttajret f’Ħal Luqa

Mara ta’ 38 sena minn Ħal Qormi tinsab fil-periklu tal-mewt wara li ntlaqtet minn vettura meta kienet miexja f’Ħal Luqa.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12.20pm fi Triq San Vincenz, viċin ir-residenza tal-anzjani li fiha l-mara taħdem bħala carer.

Il-Pulizija qalet li l-mara ttajret minn karozza tal-għamla Toyota Starlet misjuqa minn raġel ta’ 47 sena mis-Siġġiewi. TVM infurmat li  passiġġieri fil-karozzi kien hemm ukoll żewġ ġuvnotti ta’ 13 u 17-il sena.

Mal-art setgħu jiġi nnutati marki tal-brejkijiet twal madwar 70 metru.

Fuq il-post marru l-Pulizija u tim mediku, li ħa lill-mara l-isptar Mater Dei b’ambulanza, fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi serji.

Fil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Monica Vella.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Ikel li tpoġġa fuq ċint biex jittiekel mill-qtates, spiċċa minflok jittiekel mill-firien. Filmat li ttieħed illum viċin il-venda ta’ Marsaskala minn resident juri qtates żgħar iħarsu lejn l-ikel b’nuqqas ta’…

Kultura

L-Aġenzija Kulturali għall-Belt ħabbret programm ta’ attivitajiet mużikali għall-kapitali, li jinkludi kunċerti fl-apert u proġett bis-sehem ta’ mużiċisti żgħażagħ. L-istil mużikali se jvarja minn attività għal oħra, minn rock sa…

Kronaka

Uffiċjal tas-sigurtà sofra xi ġrieħi waqt attentat ta’ serqa minn ħanut f’Birkirkara. Il-każ seħħ għall-ħabta tal-5.10pm fil-ħanut tal-Eurosport fi Triq Salvu Psaila. Huwa mifhum li l-uffiċjal tas-sigurtà, raġel ta’ 46…

Qorti

Żagħżugħ inżamm arrestat wara li kien akkużat b’moħqrija tal-annimali. Il-Qorti semgħet kif nhar il-Ħadd li għadda l-Pulizija ssejħu fuq rapport ta’ mara li qalet li binha qed ikun aggressiv. Meta…

Aktar