Barranin
Mara ġiet stuprata fuq ferrovija f’Pennsylvania u ħadd ma għenha

Raġel ta’ 35 sena fl-Istati Uniti qed jinżamm arrestat fuq akkużi li stupra mara fuq ferrovija, bl-awtoritajiet jgħidu li l-attakk rawh għadd ta’ passiġġieri, iżda ħadd ma intervjena jew ċempel għall-għajnuna.

L-aggressur, identifikat bħala Fiston Ngoy, huwa magħruf mal-Pulizija, u nqabad fil-fatt mill-impjegati tal-kumpanija ferrovjarja ta’ Pennsylvania.

L-attakk seħħ l-Erbgħa li għadda għall-ħabta tal-11.00 ta’ bil-lejl, b’filmati minn kameras tas-sigurtà juru li ħadd mill-passiġġieri l-oħra ma pprova jgħin lill-mara waqt li kienet qed tiġi aggredita sesswalment.

Kelliem għal-linja ferrovjarja SEPTA qal li jinsab ixxukkjat kif in-nies kienu kapaċi jaraw din ix-xena tiżvolġi quddiemhom mingħajr ma jagħmlu xejn, u ħeġġeġ biex kull min jara reat iċempel immedjatament għall-għajnuna fuq il-linja tal-emerġenza.