Mara gravi wara li tintlaqgħat minn fanal tat-triq

Mara ta’ 81 sena sofriet ġrieħi gravi f’incident fi Triq Santa Rita, ir-Rabat, Malta, il-bierah filghaxija għal ħabta tat-tmienja u għaxra ta’ filgħaxija. Minn stħarriġ illi sar irriżulta li waqt li raġel ta’ 61 sena residenti l-Imtarfa kien qiegħed jirriversja b’vettura, għal xi raġuni huwa laqat arblu tad-dawl bil-fanal li spiċċa laqat lill-mara li kienet qegħda fuq il-bankina.

Fuq il-post issejħet ambualnza li ħadet lill-mara l-isptar Mater Dei sabiex tinghata l-kura meħtiega.

Aktar stħarriġ għadu għaddej.

Aħbarijiet Oħra
Eurovision

Martin Österdahl ġie appuntat Executive Supervisor tal-Eurovision Song Contest u l-Junior Eurovision Song Contest, minflok Jon Ola Sand, li kien ilu 10 snin fil-kariga. Österdahl kien Executive Producer tal-Eurovision Song Contest…

Politika

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li r-riżenja ta’ Justyne Caruana mill-kabinett hija turija tal-istandard il-ġdid li l-Gvern irid jimxi bih. Dr Abela qal dan f’kummenti li ta lill-ġurnalisti quddiem il-Parlament,…

Kronaka

F’post fuq il-midja soċjali, persuna xerrdet ritratti tal-karozza tagħha, wara li din kienet involuta f’hit-and-run ftit tal-jiem ilu. Fuq Facebook qalet kif fil-11 ta’ Jannar, ħalliet il-karozza pparkjata f’kaxxa bajda…

Kronaka

Il-Pulizija arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Marsa suspettat li wettaq sensiela ta’ serqiet minn ħwienet fl-aħħar ġimagħtejn. L-arrest sar mill-Iskwadra ta’ Kontra r-Reati Vjolenti fi ħdan id-Dipartiment tal-Investigazzjonijiet Kriminali fil-lejl…

Aktar