Kronaka
Mara l-isptar wara ħabta bejn mutur u karozza fi Triq tal-Barrani

Mara ġiet rikoverata wara li kienet riekba fuq mutur li ħabat ma karozza fil-limiti ta’ Ħal Tarxien. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00 ta’ filgħaxija fi Triq tal-Barrani.

Il-Pulizija qalet li mill-ewwel informazzjoni jidher li kien hemm ħabta bejn karozza Ford Fiesta misjuqa minn Brażiljan ta’ 50 sena, u mutur Imco Agility misjuq minn Taljan.

Fuq il-mutur kien hemm ukoll mara Taljana, li kawża tad-daqqa sofriet xi ġrieħi. Hija ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza, iżda l-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

TVM infurmat li t-Taljana għandha 26 sena, u li fl-inċident weġġa’ ħafif  ukoll it-Taljan, li għandu 25 sena.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

L-Alleanza Nazzjonali għall-Mard Rari bħalissa għandha 200 membru li għandhom marda rari. Dan qalitu ċ-Chairperson u Fundatriċi tal-Alleanza, Michelle Muscat, meta tkellmet f’attività fl-okkażjoni tat-tielet sena mit-twaqqif ta’ din l-għaqda…

Xogħol

Il-General Workers Union qed issejjaħ għal emendi fil-liġi tax-xogħol biex il-prinċipju ta’ ħlas ugwali għall-istess xogħol jitwessa’ u jkopri lill-ħaddiema kollha li jaħdmu f’azjenda, inkluż dawk li m’humiex f’impjieg dirett…

Temp

L-uffiċċju meterjoloġiku qed ibassar riħ qawwi ħafna għal għada l-Ħadd 24 ta’ Frar. Jidher li r-riħ se jilħaq il-qawwa ta’ riefnu (forza 8-9) mal-jum ta’ għada. It-temp mistenni jkun imsaħħab…

Aktar