Kronaka
Mara l-isptar wara li kienet involuta f’ħabta f’Ta’ Qali

Mara ta’ 41 sena mill-Mellieħa sofriet xi ġrieħi f’inċident f’Ta’ Qali, fl-inħawi tal-ambaxxata Amerikana.

Il-Pulizija qalet lil TVM li kienet infurmata bl-inċident fi Triq Ta’ Qali għall-ħabta ta’ 12.15pm.

Il-ħabta seħħet bejn vann tal-għamla Peugeot Partner misjuq minn raġel ta’ 48 sena mill-Imġarr, u karozza Hyundai i20 misjuqa mill-mara.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija, kif ukoll tim mediku minn Mater Dei, li ħa lill-mara l-isptar b’ambulanza. Il-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.