Lokali
RITRATT: Mara l-isptar wara li nqalbet b’karozza fil-Mellieħa

Mara ta’ 66 sena minn Birkirkara ttieħdet l-isptar wara li l-karozza li kienet qed issuq inqalbet fil-Mellieħa. L-inċident seħħ fi Triq Selmun għall-ħabta ta’ 12.20pm.

TVM infurmat li mara li kienet fil-karozza spiċċat maqbuda, u kellha tissejjaħ l-għajnuna tal-Protezzjoni Ċivili. Il-mara ttieħdet l-isptar Mater Dei b’ambulanza, iżda l-kundizzjoni tagħha għadha mhux magħrufa.

L-inċident ħoloq konġestjoni qawwija ta’ traffiku fit-toroq ewlenin tal-madwar. Kawża tal-inċident kellha tingħalaq karreġġjata waħda mit-triq, li reġgħet infetħet kompletament għall-ħabta tas-1.10pm.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Budget għas-sena d-dieħla huwa mibni fuq tliet pilastri: il-ħolqien tal-ġid, inċentivi għal min jeħtieġ l-għajnuna biex jimxi ‘l quddiem u…

Qorti

Eġizzjan ta’ 51 sena ġie akkużat li stupra lill-eks sieħba tiegħu u li hedded lil bintu ta’ 11-il sena billi għamel mossa li se jħanxrilha għonqha. L-Eġizzjan, li ismu ma…

Brexit

Il-Gvern Malti qed jikkunsidra li jiftaħ ambaxxata fil-Ġappun, f’pajjiżi oħra Ażjatiċi kif ukoll fl-Amerika Ċentrali. Dan tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat meta wieġeb mistoqsijiet li sarulu wara li għamel stqarrija…

Storja

Bieb is-Sultan bi dħul maestuż għall-Kottonera, inbena fis-seklu 17 u jifred Ħaż-Żabbar mit-Tlett Ibliet u l-Kalkara. Jinkludi wkoll il-Cottonera Lines, li skont iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Wirt Artna, Mario Farrugia huwa l-aktar…

Aktar