Lokali
Mara li twieldet bid-donazzjoni tal-isperma tħoss li saret inġustizzja magħha

Grupp li twaqqaf f’April li għadda msejjaħ Life Research Unit ippreżenta l-veduti tiegħu kontra l-prattika li nisa jisilfu l-ġuf tagħhom għal nisa infertili f’dak magħrufa bħala surrogacy, u kontra d-donazzjonijiet għax-xjenza riproduttiva.

F’konferenza, mara li twieldet b’donazzjoni minn raġel anonimu minħabba li misserha kien infertilli irrakontat l-esperjenza tagħha. Hija spjegat kemm kienet diffiċli għaliha meta saret taf li għandha mal-mitejn persuni li bijoloġikament huma ħutha min-naħa tal-missier.

Kien il-music video ta’ Annie I’m not your daddy, li wassal lil missier Joanna Rose biex jgħidilha li huwa ma kienx il-missier bijoloġiku tagħha.

Dr Rose qalet li dan kellu konsegwenzi psikoloġiċi u bijoloġiċi li għaddiet minnhom. Hija sostniet li l-interessi tagħha twarrbu minn dawk kollha li għenu fit-tnissil tagħha.

“They did not consider that I would like to know my identity, that actually not knowing my genetic father was an issue, that having two to three hundred brothers and sisters in different families, not knowing my medical history, I’ve got a forged birth certificate” qalet Dr Rose.

Hija temmen li t-twelid ta’ tarbija barra l-familja ġenetika tmur kontra n-natura u toħloq ħafna tbatija fit-tfal. Hija qalet li t-trabi li jitwieldu b’din ix-xjenza huma vittmi mingħajr vuċi.

Spjegat li “the group that is most affected does not have a voice, that is why I am speaking and that is why I am hoping that other people speak up so that you do have the same thing that happened in so many different ways in so many countries of really hurting children’s welfare interests in the name of providing everyone and anyone who wants to have a child with one”.

Dr Sara Portelli qalet li l-Life Research Unit twaqqaf biex jippromwovi d-dinjità umana kif imħarsa fil-liġi tal-protezzjoni tal-embrijun.

“Għandna liġi bħal din issaħaħ id-dinjità umana, li tipproteġi d-drittijiet tal-omm u tat-tarbija fil-ġuf, fil-prattika tal-IVF, għandna naraw li fil-liġi tagħna, jekk qed infittxu li ntejbuha, irridu ntejbuha verament vis a vis id-dinjità umana” żiedet tgħid Dr Portelli.

Il-Membri tal-Life Research Unit qalu li ser jippreżentaw l-veduti tagħhom lill-Kumitat Parlamentari.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Raġel ta’ 38 sena weġġa’ gravi f’ħabta bejn mutur u karozza f’Birkirkara. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00am fi Triq Mannarino. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post fejn sabu ħabta bejn mutur ta’…

Lokali

Ingħalaq għalkollox is-sub post office tal-Maltapost fi Triq Ċensu Busuttil fl-Iklin. Dan ħabbitu l-kumpanija Maltapost, li fi stqarrija qalet li l-klijenti li kienu jinqedew mill-Iklin issa jridu jmorru fin-Naxxar. L-uffiċċju…

Lokali

Il-Partit Laburista qal li dd-deputat tal-Partit Nazzjonalista, Karol Aquilina, b’għemilu wera li ma jafx x’inhi governanza tajba. Fi stqarrija l-PL irrefera għall-mistoqsija parlamentari mwieġba lbieraħ, li qal uriet li fil-jum…

Lokali

Bejn Ġunju u Diċembru tal-2017, Transport Malta ħarġet total ta’ €144,475 f’multi li jikkoncernaw il-puntwalità u affidabilità lill-operatur tat-trasport pubbliku. Dan ħareġ wara li l-Ministru għat-Trasport Ian Borg wieġeb mistoqsija…

Aktar