Barranin
Mara mejta u 8 midruba wara li ġġarraf bini għoli 12-il sular f’Miami

F’Miami fi Florida, mara tilfet ħajjitha u tmien persuni oħra ndarbu wara li ġġarraf bini għoli 12-il sular.

Fuq il-post għaddejja ħidma intensiva ta’ salvataġġ biex joħorġu aktar nies li nqabdu qalb it-tifrik.

Is-sit fejn iġġarraf il-bini huwa fit-Tramuntana ta’ Miami Beach.

Fuq il-post waslu mat-tmenin karozza tas-salvataġġ, u għadd kbir ta’ pulizija.

Il-bini li ġġarraf fih mal-mitt appartament residenzjali u nbena fl-1981.