Kronaka
Mara mweġġa’ gravi wara li ttajret f’Birkirkara

Mara ttieħdet b’emerġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident stradali f’Birkirkara. Il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-12.45pm fi Triq Dun Karm.

Il-Pulizija marret fuq il-post, fejn mill-ewwel stħarriġ irriżulta li mara ta’ 20 sena li tgħix Birkirkara sfat milquta minn vettura ta’ tip Chrysler,
misjuqa minn raġel ta’ 36 sena li jgħix Birkirkara.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-mara l-Isptar Mater Dei, fejn ktar tard ġiet iċċertifikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident qed jitmexxew mill-Pulizija tad-Distrett.