Qorti
Mara nqabdet dieħla f’Malta bil-kokaina moħbija fil-qalziet ta’ taħt

Hendrick Albert Asaitie ta’ 35 sena u Brigitte Clarissa Moese studenti ta’ 20 sena it-tnejn mill-Karibew u b’passaport Franċiż, tressqu l-Qorti akkużati li kienu kompliċi u li mportaw id-droga kokaina bil-ħsieb li jitraffikawha.

Moesa kienet akkużata wkoll b’pussess ta’ droga wara li d-droga nstabet moħbija fuq barra tal-parti privata tagħha fil-qalziet ta’ taħt. Huma wieġbu li mhux ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

L-Ispetturi Kevin Pulis u Mark Anthony Mercieca qalu li l-Pulizja kellha informazzjoni li kienet se jidħol ammont ta’ droga f’Malta. Qal li identifikaw it-titjira u l-persuni u meta l-akkużati ħarġu mill-ajruport, il-pulizija segwiethom sal-lukanda f’Tas-Sliema.

Qalu li kien hemmhekk x’ħin il-Pulizija intervjenew u filwaqt li l-t-tnejn li huma għamlu kollox flimkien bħal ibbukkjaw it-titjira u għamlu check-in fil-lukanda, minn tfittxija li saret fuq il-persuna tagħhom, instab li fuq barra tal-parti tal-mara nstabet id-droga kokaina.

L-imputati permezz tal-avukati Mario Mifsud u Lennox Vella, wieġbu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom. Id-difiża f’dan l-istadju ma talbux għall-ħelsien mill-arrest. Il-Qorti, ppreseduta mill-Maġistrat Gabriella Vella, ordnat l-iffriżar tal-assi tal-imputati.

Ara wkoll:

2 persuni arrestati fl-ajruport wara li nqabdu b’2kg droga

Aħbarijiet Oħra
Knisja Maltija

Il-Parruċċani ta’ Ħal Luqa minn tmiem din il-ġimgħa qed igawdu dehra ġdida fil-knisja parrokkjali tagħhom. Dan għaliex wara proġett li kien ilu għaddej disa’ snin, ġie inawgurati xogħlijiet ta’ pittura,…

Lokali

B’esperjenza vasta fil-qasam tal-ġurnaliżmu, l-Avukat Joe Micallef Stafrace, illum irtirat, iżda xorta isegwi dak li għaddej u jistqarr li ċerti principji sagrosanti tal-ġurnalizmu professjonali qed jigu imxelfa minn uħud. L-Avukat…

Lokali

Victor Scerri, terraq it-toroq tal-Belt fejn kompla jfittex u jiltaqa’ ma’ karattri – minn imħallfin sa karattri komuni tat-triq, li għamlu isem għalihom u għall-kapitali. Ghalkemm mhux belti mit-twelid, sar…

Lokali

Xogħol li jitlob li min jagħmlu jbakkar minn kmieni filgħodu, iżda li fih ukoll is-sodisfazzjon tiegħu. Melanie Saliba ilha tarma l-monti ‘l fuq minn għoxrin sena. Ma’ TVM, Melanie wriet…

Aktar