Lokali
Mara qed tippoża ta’ Dr Klown u titlob il-flus f’Raħal Ġdid

Mara qed iddur il-ħwienet f’Raħal Ġdid u tgħid li qed tiġbor id-donazzjonijiet f’isem l-għaqda Dr Klown, li tferraħ tfal morda fl-isptar. Min jagħti donazzjoni l-mara tagħtih imnieħer aħmar tal-buffi.

Fi stqarrija il-President ta’ Dr Klown wissa biex ħadd ma jagħti flus lil din il-mara, għaliex l-għaqda ma tiġborx il-fondi bieb bieb. Qal li l-għaqda Dr Klown tiġbor il-fondi biss permezz ta’ attivitajiet u avvenimenti.

Kull min jiltaqa’ ma’ xi abbuż bħal dan huwa mitlub iċempel fuq 21374676, jibgħat email fuq [email protected], jew jirrapporta fl-għassa tal-Pulizija.

Aħbarijiet Oħra
Gazzetti

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, it-Tlieta, 25 ta’ Settembru, 2019 L-ORIZZONT b’rapport fil-paġna ta’ quddiem dwar l-aħħar statsitika tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika li wriet li dawk li qed jirreġistraw għax-xogħol…

Storja

Illejla fid-9.30pm fuq TVM se jixxandar l-ewwel episodju minn tlieta tad-dokumentarju Maltin Internati fl-Italja – Storja Vera – li jirrakkonta u janalizza għall-ewwel darba dak li għaddiet minnu l-komunità Maltija…

Blockchain

Malta qed tkompli tkun ikkunsidrata bħala l-hotspot fost dawk involuti fil-blockchain u l-cryptocurrency. Dan mistenni jkompli jkun konfermat fi żmien sitt ijiem oħra, meta r-rivoluzzjoni li għaddejja f’dan is-settur se…

Ambjent

Il-Kunsill Lokali ta’ Birkirkara ħarrax il-ħidma tiegħu kontra nies li jħammġu l-lokalità. Il-Kunsill qed jitlob l-għajnuna tal-pubbliku biex jinqabdu dawk li joħorġu boroż mhux fil-ħin indikat għall-ġbir, jabbużaw mill-bring in…

Aktar