Lokali
Mara riekba quddiem fuq il-passiġġier f’San Ġiljan

Mara llum intlemħet riekba fuq passiġġier fis-seat ta’ quddiem f’karozza li kienet qed tinstaq f’San Ġiljan.

Persuna li bagħtet dan ir-ritratt lil TVM qalet li l-karozza kienet għaddejja minn Triq Spinola għall-ħabta tas-1.00 ta’ waranofsinhar.

Il-karozza tat-tip BMW Z4 hija two-seater, u għalhekk ma tesgħax iktar minn żewġ persuni. Peress li l-karozza hija wkoll bla saqaf, il-persuni fiha kienu ħafna iktar viżibbli.

Il-persuna li ħadet ir-ritratt qaltilna li l-karozza mxiet distanza mhux ħażin bi tlieta min-nies fiha; mill-bajja ta’ Spinola saċ-ċentru ta’ Paceville. Intant, persuni li għamlu kuntatt ma’ TVM qalu li l-karozza ntlemħet għaddejja wkoll mill-Gżira.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Żiemel li kien għaddej mit-triq deher li beża’ xħin għaddiet minn ħdejh karozza tal-linja. Huwa kien għaddej minn Triq Bormla, iż-Żejtun. Il-filmat, meħud nhar it-Tlieta li għadda juri ż-żiemel bis-serkin…

Kurżitajiet

Jekk fil-Parlament ma jikbrux fjuri, fl-istadium nazzjonali f’Ta’ Qali donnu hemm iktar ċans li jinbtu l-pjanti! Ritratti li nxterdu fuq il-media soċjali juru diversi siġġijiet bi xtieli u pjanti bil-fjuri dehru…

Annimali

Il-kunflitt kulturali reġa’ spikka wara l-istorja ta’ TVM li xxandret ilbieraħ dwar il-proposta tal-Imam Mohammed El Sadi biex il-biċċiera Musulmani jkollhom iċ-ċans li f’Malta joqtlu l-annimali skont it-tradizzjoni Musulmana tal-halal….

Saħħa

Tifel ta’ 4 snin miet ilbieraħ wara li aktarx instab li kellu mikrobu li jikkaġuna l-meninġite. Huwa miet f’Mater Dei wara li jidher li kellu xi sintomi li wasslu biex…

Aktar