Kronaka
Mara ssib żewġ ġuvnotti ġo darha f’Marsaskala

Mara li tgħix fi Triq l-Iskal f’Marsaskala dalgħodu sabet ma’ wiċċha żewġ ġuvnotti ta’ madwar 16-il sena.

Membri ta’ din il-familja qalu li kienu kollha kemm huma d-dar dak il-ħin, u dawn iż-żewġ persuni xorta daħlu, x’aktarx bit-tir li jisirqu.

Meta ġew wiċċ imbwiċċ ma’ sid id-dar, il-ġuvnotti ħarbu ‘l barra. Ftit tal-ħin wara l-Pulizija ntlemħu jduru fl-inħawi.

L-istess ġuvnotti, li ntqal kienu lebsin il-hoodies, intlemħu jġibu ruħhom b’mod suspettuż minn għadd ta’ residenti oħra, fosthom fi Triq is-Swejda, Triq il-Gross u Triq Hortan.

Każijiet simili kienu ġew irrappurtati f’Marsaskala fl-aħħar ġimgħat, u ġuvnott kien ġie arrestat u akkużat b’sensiela ta’ serqiet.

Ara wkoll:

“Spiċċajt indur minn kamra għall-oħra b’sikkina” – anzjana misruqa f’Marsaskala

Tifel ta’ 15-il sena akkużat b’sensiela ta’ serqiet f’Marsaskala

Aħbarijiet Oħra
Settur Marittimu

Il-kumpanija Valletta Cruise Port li tmexxi t-terminal tal-passiġġieri tal-cruise-liners u faċilitajiet oħra fil-Port il-Kbir qed tieħu miżuri favur l-ambjent biex tikseb ċertifikazzjoni ta’ port ekoloġiku. Intervistat minn TVM, il-Kap Eżekuttiv…

Knisja Maltija

L-Arċisqof Charles J. Scicluna appella għar-rispett lejn id-dinjità tal-mara waqt quddiesa li fiha talab biex terġa’ tinfetaħ il-kawża għall-beatifikazzjoni ta’ Adelaide Cini, li qal l-eżempju ta’ ħajjitha u l-ħidma li…

Qorti

Il-Qorti Kostituzzjonali laqgħet ir-rikors tal-Ministri Edward Scicluna, Konrad Mizzi u Chris Cardona biex ma jixhdux f’kawża kostituzzjonali iżda fi żmien jumejn iridu jippreżentaw s-silta minn fejn ikkwotaw ir-rapport tal-inkjesta Egrant…

Budget

Il-Ministru għall-Finanzi, Edward Scicluna qal li l-Budget ippreżentat ilbieraħ u r-reazzjoni ġenerali għalih huma turija li l-Gvern hu konxju tal-isfidi, l-opportunitajiet u l-ħtiġijiet tan-nies. F’konferenza tal-aħbarijiet l-għada tal-Budget, il-Ministru Scicluna…

Aktar