Lokali
Mara ta’ 43 sena fil-periklu tal-mewt wara li waqgħet it-taraġ

Mara ta’ 43 sena residenti r-Rabat qed tissielet għal ħajjitha wara li waqgħet it-taraġ ġewwa r-residenza tagħha fi Triq il-Mitħna r-Rabat.

L-inċident seħħ ilbieraħ għall-ħabta tal-5pm.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u l-mara ttieħdet l-Isptar Mater Dei għal aktar kura. Aktar tard ġie stabbilit li l-mara tinsab fil-periklu tal-mewt.

Dwar il-każ infetħet inkjesta mill-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia waqt li l-Pulizija tinsab għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar dan l-inċident.