COVID-19
Mara ta’ 88 sena tmut waqt li kellha l-Covid-19

Il-Ministeru għas-Saħħa ħabbar li anzjana ta’ 88 sena mietet illum waqt li kienet pożittiva bil-Covid-19.

Intqal li l-anzjana kienet ikkonfermata pożittiva fl-20 ta’ Ottubru u ddaħħlet l-Isptar Mater Dei fil-21 ta’ Ottubru. Hija baqgħet tingħata kura fl-Isptar Mater Dei fejn mietet aktar kmieni llum.

Il-Ministeru tas-Saħħa qal li l-anzjana kienet tbati minn mard kroniku ieħor.

Din hija t-tieni mewta li tħabbret illum ta’ persuna li kellha l-Covid-19, hekk kif iktar kmieni dalgħodu tħabbret ukoll il-mewt ta’ anzjan ta’ 70 sena.

Ara wkoll:

Anzjan imut waqt li kien pożittiv bil-Covid-19