Kronaka
Mara takkuża raġel b’atti indiċenti f’bajja – ittella’ ritratt tiegħu fuq Facebook

Mara ta’ nazzjonalità Taljana tellgħet fuq Facebook ritratt ta’ raġel u allegat li wettaq atti indiċenti f’bajja f’Buġibba.

Il-mara qalet li hija marret tgħum u rat lir-raġel ħdejn il-blat li beda jagħmel atti oxxeni meta raha tneħħi l-libsa.

Hija qalet li bdiet tirrekordjah fuq il-‘mobile phone’ u sostniet li għalkemm dar laħqet ħaditlu ritratt.

Skont il-mara fil-jum ta’ qabel ir-raġel għamel l-istess meta ra tfajla ta’ 13-il sena li kienet m’ommha.

Hija appellat lil min jarah biex jew jagħmel rapport jew jirrekordjah ħalli jġiegħluh iħossu skomdu.

Il-mara ma qalitx jekk għamlitx rapport lill-Pulizija għalkemm bosta minn dawk li rreaġixxew ħeġġuha tagħmel dan.