Kronaka
AĠĠORNAT: Mara tweġġa’ gravi wara li waqgħet fil-Ġnejna

Mara ta’ 21 sena li lbieraħ kienet mixja fil-bajja tal-Ġnejna, limiti tal-Imġarr, weġġgħet gravi wara li waqgħet.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.00pm fl-inħawi tar-Riviera Martinique.

Fuq il-post marru l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili. Jidher li dawn sabu xi diffikultà biex itellgħu lill-mara u b’hekk issejjaħ il-ħelikopter tal-Forzi Armati ta’ Malta, li tella’ lil mara.

Il-ħelikopter niżel fl-ajruport internazzjonali ta’ Malta fejn kien hemm ambulanza tistenna li ħadet il-mara l-isptar Mater Dei, fejn iktar tard kienet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.