Lokali
Nanna teħel 7 snin ħabs talli abbużat sesswalment lin-neputi

Il-Qorti tal-Appell ikkonfermat is-sentenza ta’ 7 snin ħabs fil-konfront ta’ mara akkużata li abbużat sesswalment mit-tifel ta’ bintha li kellu 9 snin. Fl-istess waqt it-tifel kien qed jiġi abbużat ukoll minn zijuh li kien jgħix taħt l-istess saqaf. Il-każijiet imorru lura għall-2009.

Fl-appell il-mara baqgħet issostni l-innoċenza tagħha, u allegat li kien missier it-tifel li ġiegħlu jigdeb fuqha. Qalet li dan għamlu bi tpattija talli ma kinitx ħalliet lil bintha tiżżewġu, għax kienet għadha żgħira u ħasset li kien se jieħu vantaġġ minnha.

Il-missier, li huwa Libjan, għamel snin twal nieqes mill-ħajja ta’ ibnu, li trabba man-nanniet materni. Meta ġie lura Malta talab li jkun rikonoxxut bħala l-missier naturali tat-tifel, u beda jqatta’ l-ħin miegħu.

L-abbuż inkixef meta darba t-tifel ipprova jbus u jmiss lis-sieħba ta’ missieru. Il-missier staqsa lil ibnu għalfejn kien qed jagħmel hekk, u minn hemm it-tifel beda jgħid x’kien jagħmillu zijuh, u iktar tard anki n-nanna.

Il-Qorti semgħet kif kien iz-ziju tat-tifel li beda jurih films pornografiċi u jistuprah, bit-tifel iktar tard li pprova jirrepeti dawn l-azzjonijiet man-nanna tiegħu. It-tifel qal li għall-ewwel in-nanna mbuttatu u ċanfritu, iżda meta reġa’ pprova ma waqqfitux.

It-tifel qal li dawn l-episodji man-nanna ġraw diversi drabi, ġieli fid-doċċa u ġieli fil-kamra tas-sodda, u kien hemm drabi fejn kienet in-nanna li bdiet l-atti sesswali.

Il-Qorti semgħet ukoll kif it-tifel ma setax jikkontrolla x-xewqat tiegħu għall-atti sesswali, u tant kien ikkonsumat minnhom li lanqas seta’ jorqod bil-lejl, u kellu jieħu l-mediċina. Is-sitwazzjoni saret tant gravi li l-missier ħass li ma setax iżomm iktar lil ibnu miegħu, u dan kellu jitpoġġa f’istitut.

Il-Qorti, ippreseduta mill-Imħallef Consuelo Scerri Herrera, qieset li z-ziju tat-tifel kien ammetta għall-abbuż, u m’emmnitx li kien il-missier li ġiegħel lil ibnu jigdeb fuq nanntu. Osservat li t-tifel kien qal li jweġġa’ ma’ zijuh, iżda jieħu gost man-nanna, u fl-opinjoni tal-Qorti dan kien juri li t-tifel qed jgħid il-verità.

Is-sentenza ta’ seba’ snin ħabs kienet għalhekk ikkonfermata, bil-Qorti rrakkomandat li l-mara tinżamm fis-sezzjoni forensika tal-isptar Monte Carmeli. Inħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fuq it-tifel għal tliet snin.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Inqas minn tliet xhur wara li ġie fi tmiemu s-Sinodu tal-Isqfijiet dwar iż-Żgħażagħ, eluf ta’ żgħażagħ qed jinġabru fil-Panama għall-Jum Dinji taż-Żgħażagħ. Il-Papa Franġisku jasal il-Panama għada bil-qofol taċ-ċelebrazzjonijiet jintlaħqu…

Ikel

Fl-isfond tal-kontroversja li bdiet wara s-servizz tal-aħbarijiet ta’ TVM mal-Imam Mohammad Elsadi, dwar il-qtil tal-annimali bir-ritwal Musulman, komplejna nsegwu l-kwistjoni. Mhux eskluż li l-qtil tal-annimal bis-sistema tal-halal, għalkemm mhux isir…

Trasport

Is-sidien tal-pompi tal-petrol bdew b’azzjonijiet industrijali minħabba nuqqas ta’ ftehim mal-Gvern dwar it-talba għal żidiet fil-qligħ tagħhom. L-azzjoni ewlenija hi li l-pompi mhux se joffru s-servizz mill-magni awtomatiċi wara s-sitta…

Familja

Matul is-sena li għaddiet kien hemm xejn inqas minn 1,303 koppji li żżewġu fuq cruise liner li jtajjar il-bandiera Maltija. Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Prim Ministru Joseph Muscat għall-mistoqsija tad-Deputat…

Aktar