Lokali
Mara teħel multa wara li qabżet fuq il-bejt tal-ġirien

Mara weħlet €25 multa wara li qabżet fuq il-bejt tal-ġirien.

Il-każ imur lura għal Ottubru 2019, meta l-ġirien irrapportaw lill-Pulizija li l-mara qabżet fuq il-bejt tagħhom u li waddbet l-ilma fuq il-bejt.

Il-Qorti, preseduta mill-Maġistrat Simone Greh, semgħet kif il-ġirien sabu ħmieġ fuq il-bejt u bdew jirrekordjaw dak li qed jiġri.

Min-naħa tagħha, il-mara ammettiet li qabżet biex tieħu xi ħaġa mingħand il-ġar tagħha ħalli ma toqgħodx tinżel it-taraġ. Hija ċaħdet li waddbet xi ilma jew xi ħmieġ fuq il-bejt tal-ġirien u sostniet li ma qabżitx biex tisraq. Qalet li kienet qabżet ukoll biex tiknes il-bejt għax darba farfret il-papoċċ u waqqgħet it-trab fuq il-bejt tagħhom.