Immigrazzjoni
Mara tiftaħ darha f’Londra għar-refuġjati – mill-2016 laqgħet 30

Karina Litvack, Franċiża-Kanadiża li tgħix Londra, fetħet id-dar tagħha għar-refuġjati.

S’issa laqgħet fl-‘spare bedrooms’ tagħha mat-30 refuġjat u ħlief għal wieħed kollha qattgħu ftit taż-żmien qabel marru jgħixu post ieħor.

Ir-refuġjat li għadu jgħix għandha, Sirjan bl-isem ta’ Basel, kien l-ewwel wieħed li daħħlet f’darha fl-2016 u qed jippjana li wara li jiggradwa huwa wkoll joħroġ mid-dar.

Basel ħarab minn Aleppo fis-Sirja minħabba l-gwerra ċivili li ħakmet lill-pajjiż għal dawn l-aħħar 10 snin.

Litvack tgħid li Basel, li għadu kemm lesta l-ewwel sena fl-università, sar parti mill-familja.

Hija tgħid li qatt ma rkuprat mindu t-tliet uliedha ħallew id-dar u kien għalhekk li bdiet tilqa’ r-refuġjati.

L-idea ġietha wara li semgħet kif koppja oħra laqgħet għandha Sirjana u wara li kkuntattjat lill-għaqda karitattiva li tgħin lir-refuġjati bdiet tagħmel l-istess.