Kurżitajiet
Mara tiftaħ kawża lill-ġinekologu – qarraq b’ommha waqt l-inseminazzjoni artifiċjali

Mara fl-Istati Uniti fetħet kawża kontra l-ġinekologu tagħha wara li skopriet li huwa missierha.

Il-mara, Morgan Hellquist ta’ 35 sena, kienet ilha 9 snin iżżur lill-ġinekologu Morris Wortman mingħajr ma kienet taf li missierha.

Hija ġieha suspett li l-ġinekologu ta’ 70 sena kien missierha wara li talabha tneħħi l-maskra u anke qal lil martu biex tidħol tara x-xebh bejniethom.

Il-ġinekologu ġie ordnat jagħmel test tad-DNA li kkonferma s-suspetti ta’ Hellquiest li fil-fatt kien missierha.

Hija fetħet il-kawża fejn qed tinsisti li huwa qarraq b’ommha għax kien hu li ħariġha tqila meta qalilha li fl-inseminazzjoni artifiċjali kien se juża sperma ta’ donatur li huwa student tal-mediċina.